L-UE qed taħdem biex tiżgura li ċ-ċittadini kollha jitħallsu paga minima adegwata. Dan ifisser li inti tkun tista' tipprovdi għall-familja tiegħek u dan għandu jgħin biex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri hekk kif aktar nisa mill-irġiel jaqilgħu paga minima.
Għaliex għandna bżonn li nieħdu azzjoni fuq l-introjtu fl-UE?
tal-impjegati fl-UE fl-2018 kienu ħaddiema b'paga baxxa
l-iktar paga minima baxxa fix-xahar fl-UE
tal-paga minima hija meħtieġa biex titħallas il-kera medja f'ċertu pajjiżi
Kif qed nieħdu azzjoni?
ma jibqgħux f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali sal-2030 meta mqabbla mal-2019 - din hi l-mira tal-UE.
iż-żmien li fih il-pajjiżi tal-UE jridu jimplimentaw id-direttiva tal-UE dwar il-paga minima f'liġijiet nazzjonali
jistgħu jibbenefikaw mid-Direttiva dwar il-Paga Minima
Waqt li tkun qed tfittex xogħol, għandek id-dritt għall-protezzjoni soċjali, biex ikollok standard minimu ta' għajxien anke mingħajr xogħol.
- L-UE tipprovdi regoli komuni biex tipproteġi d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek meta tiċċaqlaq fl-Ewropa (UE 27 flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera). Sir af dwar il-liġijiet ta' kull pajjiż tal-UE li jiddeterminaw liema benefiċċji int intitolat għalihom.
- Jekk titkeċċa minn xogħlok, tista' tkun intitolat għall-benefiċċji tal-qgħad, skont ir-regoli tal-pajjiż li kont qed taħdem fih.
Fl-Ewropa, m'hemmx lok għal diskriminazzjoni fil-pagi. Jekk inti qed tagħmel l-istess xogħol bħall-kollega tiegħek, int jixraqlek li titħallas l-istess ammont. L-età, il-ġeneru, l-identità sesswali jew l-etniċità tiegħek m'għandhomx jagħmlu differenza.
- Biex tiżgura li taqla' paga deċenti, li tippermettilek tipprovdi standard ta' għajxien deċenti għalik u għall-familja tiegħek, l-UE adottat leġiżlazzjoni ġdida dwar pagi minimi adegwati f'Ottubru 2022. Il-pajjiżi issa għandhom sentejn biex jimplimentawha.
- Ir-regoli tal-UE dwar it-trasparenza fil-paga jagħtu lill-impjegati d-dritt li jitolbu informazzjoni mingħand min iħaddimhom dwar il-livell tal-paga individwali tagħhom u dwar il-livelli tal-paga medja, imqassma skont il-ġeneru, għall-kategoriji ta' ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol jew xogħol tal-istess valur.
- Jekk ħdimt f'aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, il-pensjoni supplimentari tiegħek hija protetta.
Meta inti tkun qed taħdem biex tibni n-negozju tiegħek, tista' sserraħ moħħok li l-UE tiggarantixxi d-dritt għal protezzjoni soċjali lill-persuni li jaħdmu għal rashom u, meta dawn jirtiraw, għal pensjoni proporzjonata mal-kontribuzzjonijiet li jkunu għamlu.
- L-UE tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ħaddiema mhux standard (pereżempju ħaddiema temporanji, part-time, permezz ta' aġenzija jew fuq talba), u persuni li jaħdmu għal rashom ikunu jistgħu jaċċessaw il-protezzjonijiet soċjali relatati mal-qgħad, il-mard u l-kura tas-saħħa, il-liv tal-maternità u tal-paternità u l-irtirar.