Mur għall-kontenut ewlieni
Let’s make it work
Grupp varjat ta' individwi, li jikkonsisti minn ġeneri, etajiet u etniċitajiet differenti, jinġabru madwar mejda tal-kafè baxxa f'uffiċċju. Dawn qed jidħaddtu flimkien, bilqiegħda komdi fuq sufan u siġġu tar-roti.
Ugwaljanza

L-Unjoni Ewropea twaqqfet fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza. Irrispettivament mis-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħek, int għandek id-dritt li tiġi ttrattat/a b'mod ugwali meta tkun qed tfittex xogħol u, ladarba jkollok impjieg, fid-deċiżjonijiet dwar promozzjonijiet, pagi u sigħat ta' xogħol.

Aħna qegħdin hawn biex nappoġġjawk u niżguraw li int tiġi ttrattat/a b'mod ugwali. Id-diskriminazzjoni – mingħand l-imgħallem, il-kollegi, il-maniġers tar-reklutaġġ jew xi ħadd ieħor – m'għandhiex post fid-dinja tax-xogħol u qed naħdmu bis-sħiħ biex neqirduha.

Għaliex għandna bżonn nieħdu azzjoni dwar l-ugwaljanza fl-UE?

  • 5.23 miljuni

    5.23 miljun mara fl-UE jħossu li qed jiġu ddiskriminati fuq ix-xogħol

  • 50%

    50% tal-persuni b'diżabilità huma impjegati meta mqabbla mal-75% tal-persuni mingħajr diżabilità

  • 47%

    47% tal-persuni LGBTI li pparteċipaw fi stħarriġ madwar l-Ewropa esperjenzaw diskriminazzjoni jew fastidju

Kif qed nieħdu azzjoni?

  • 33%

    33% tal-karigi kollha ta’ direttur għandhom ikunu okkupati min-nisa (bħala l-ġeneru sottorappreżentat) sal-aħħar ta’ Ġunju 2026 skont liġi tal-UE

  • 6 miljuni

    6 miljun persuna anzjana bbenefikat mill-baġit tal-FSE bejn l-2007 u l-2013

  • EUR 84 biljun

    EUR 84 miljun mill-investimenti tal-FSE+ se jikkontribwixxu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Nibdew bl-istess opportunitajiet bħal kulħadd

Opportunitajiet ugwali biex tavvanza fil-karriera tiegħek

Nindirizzaw id-differenza fil-paga bejn il-ġeneri u nimxu 'l quddiem fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri

Negħlbu l-ostakli għall-persuni b'diżabilità

Sib informazzjoni f'pajjiżek

Skopri x'qed tagħmel l-UE f'oqsma oħra

Young woman wearing protective glasses making measurements with a pipette and test tube in a laboratory setting

Kif l-UE tgħinek tiżviluppa l-ħiliet tiegħek

Young parents spending quality time with their child sitting close together under a makeshift tent in the child's bedroom.

Kif l-UE tgħinek tieħu ħsieb lillil-familja tiegħek

Une jeune travailleuse tenant une tablette en main discute avec un travailleur plus âgé dans un environnement d’usine. Tous deux portent des équipements de protection, dont des casques et des lunettes de protection.

Kif l-UE tipproteġik fuq ix-xogħol

Woman with baby in arms making a payment by card at a pharmacy

Kif l-UE tagħtik l-opportunità li jkollok introjtu adegwat

Xogħol ġust u protezzjoni soċjali effettiva