Mur għall-kontenut ewlieni
Let’s make it work
Ħaddiem żagħżugħ qed iżomm tablet waqt diskussjoni ma' ħaddiem aktar anzjan f'ambjent ta' fabbrika. It-tnejn huma lebsin tagħmir protettiv, inklużi elmi u nuċċalijiet protettivi.
Xogħol

Kemm jekk qed tfittex l-ewwel impjieg tiegħek, jekk ilek taħdem għal xi snin, jew jekk wasalt biex tirtira, l-UE tappoġġja d-drittijiet tiegħek. Irrispettivament minn fejn tinsab fl-UE jew x'tip ta' impjieg għandek, għandek id-dritt li taħdem f'ambjent sigur. Jeżistu liġijiet u organizzazzjonijiet tal-UE biex jiżguraw li jkollok aċċess għal xogħol sigur u ta' kwalità b'bilanċ li jippermettilek tqatta' ħinek mal-familja tiegħek.

Għandu jirnexxielek issib xogħol tajjeb f'ambjent tax-xogħol sigur li, fuq kollox jipproteġilek saħħtek. Xogħlok għandu jħallilek biżżejjed ħin u enerġija għall-ħajja personali tiegħek. Kemm jekk l-impjieg tiegħek jinsab f'pajjiżek jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE, int dejjem għandek id-dritt għas-sigurtà soċjali.

Għaliex għandna bżonn nieħdu azzjoni fuq ix-xogħol fl-UE?

  • Sa miljun

    impjieg addizzjonali jista' jinħoloq bis-saħħa tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-UE sal-2030

  • 77%

    tal-impjegaturi Ewropej ikollhom diffikultà biex isibu nies bil-ħiliet meħtieġa

  • 230 miljun adult

    għandu jkollhom mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi fl-UE sal-2025 – 70% tal-popolazzjoni

Kif qed nieħdu azzjoni?

  • 101 biljun

    huwa l-baġit tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-istrument ewlieni tal-UE għall-investiment fin-nies

  • 3.9 miljuni

    impjieg disponibbli fuq il-pjattaforma tal-impjiegi EURES

  • 48 siegħa

    hija l-itwal ġimgħa tax-xogħol, skont il-liġi tax-xogħol tal-UE

Fittex l-impjieg li huwa adattat għalik

Il-prijoritajiet tal-ħajja u x-xogħol

Is-saħħa u s-sigurtà tiegħek jiġu l-ewwel

Għajnuna sabiex in-negozju tiegħek jikber u jadatta għall-bidliet fid-dinja tax-xogħol

Sib informazzjoni f'pajjiżek

Skopri x'qed tagħmel l-UE f'oqsma oħra

Young woman wearing protective glasses making measurements with a pipette and test tube in a laboratory setting

Kif l-UE tgħinek tiżviluppa l-ħiliet tiegħek

Young parents spending quality time with their child sitting close together under a makeshift tent in the child's bedroom.

Kif l-UE tgħinek tieħu ħsieb lillil-familja tiegħek

Woman with baby in arms making a payment by card at a pharmacy

Kif l-UE tagħtik l-opportunità li jkollok introjtu adegwat

A diverse group of individuals, consisting of different genders, ages, and ethnicities, gather around a low coffee table in an office space. They engage in conversation, seated comfortably on a sofa and a wheelchair.

Kif l-UE tiżgura li inti tiġi ttrattat/a b'mod ġust

Xogħol ġust u protezzjoni soċjali effettiva