Mur għall-kontenut ewlieni
Let’s make it work

Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u aktar ħin għall-familja

Proġett iffinanzjat mill-UE għen biex il-kumpanija ta’ Emanuele teżamina u torganizza mill-ġdid l-operazzjonijiet,  u dan wassal għal bilanċ ħafna aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiegħu. 

 

Emanuele Scorza kellu problema biex isib bilanċ f’ħajtu. Bħala l-maniġer tal-bejgħ f’fabbrika żgħira tal-inbid fl-Italja, kien qed isib problema biex jieħu l-liv. Ma kien hemm ħadd aktar fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu fil-kumpanija. Fl-istess ħin, xtaq iqattaʼ iktar ħin ma’ wliedu. B’xorti tajba, il-proġett EQuIPE2020 iffinanzjat mill-UE għen lill-kumpanija tiegħu sabiex teżamina u torganizza mill-ġdid l-operazzjonijiet tagħha. Emanuele rnexxielu jsib modi kif jaħdem b’mod aktar flessibbli u jippjana l-ħin liberu b’mod aktar faċli, filwaqt li xorta jagħmel il-kompiti tiegħu. Bħala ġenitur li jaħdem, Emanuele jħoss li kiseb bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiegħu – u anke t-tfal tiegħu nnutaw li issa huwa kuntent.

Xogħol ġust u protezzjoni soċjali effettiva