Mur għall-kontenut ewlieni
Let’s make it work

Minn ħolma għal realtà mill-isbaħ

Bis-saħħa ta’ proġett iffinanzjat mill-UE, Rita fetħet is-salon tas-sbuħija li dejjem xtaqet. 

 

Rita Bonnici, omm minn Malta li trabbi lil uliedha waħedha, minn dejjem kienet toħlom li tkun proprjetarja ta’ salon tas-sbuħija. Wara li għamlet diversi korsijiet fis-sbuħija u l-benessri, ħasset li kellha l-ħiliet neċessarji, iżda ma kellhiex il-mezzi finanzjarji biex tiftaħ in-negozju tagħha . Hi ħassitha tassew frustrata li ma setgħetx tipprovdi għall-familja tagħha kif xtaqet. Il-proġett LEAP iffinanzjat mill-UE, għen lil Rita toħroġ minn din is-sitwazzjoni diffiċli permezz ta’ konsulenza u parir dwar in-negozju. L-iskema ppermettitilha wkoll tapplika għal għajnuna finanzjarja. Bis-saħħa ta’ dan, Rita setgħet tiftaħ is-salon tagħha u tqiegħed fil-prattika l-passjoni u l-ħiliet tagħha. Rita issa qed tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-komunità tagħha, u għandha dħul biex tkun tista’ tipprovdi għall-familja tagħha.

Xogħol ġust u protezzjoni soċjali effettiva