Juha, li għandu l-awtiżmu, kien qed isibha diffiċli biex iżomm impjieg fit-tul. Stigma kontinwa dwar il-kundizzjoni tiegħu kienet tfisser li kien diffiċli li xi ħadd jimpjegah. U mingħajr appoġġ fuq il-post tax-xogħol, kien qed isibha diffiċli wkoll biex iwettaq xogħlu kif suppost. Grazzi għal DigiNepsy, proġett iffinanzjat mill-UE, Juha kien kapaċi jsib modi effettivi biex ma jħallix lid-diżabilità tiegħu żżommu lura. Huwa sab li l-headphones li jikkanċellaw l-istorbju kellhom impatt pożittiv ħafna. B’riżultat ta’ dan, issa sejjer dejjem ‘il quddiem. Dan il-proġett li jippromwovi teknoloġiji ta’ assistenza u jqajjem kuxjenza dwar kif tali disturbi newrokonjittivi jistgħu jiġu indirizzati faċilment, jgħin biex jippromwovi l-ugwaljanza u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol.