Mur għall-kontenut ewlieni
Let’s make it work

Xogħol xieraq wara li tmur tgħix f’pajjiż ieħor

Bħala persuna li kienet għadha tasal fl-Iżvezja, Lindelwa pparteċipat fi proġett iffinanzjat mill-UE li għenha tirfina l-ħiliet tagħha u ssib xogħol adattat għaliha. 

Meta Lindelwa Mettavainio marret tgħix  f’Luleå, belt fit-tramuntana tal-Iżvezja fl-2017, ma kienx faċli għaliha li ssib xogħol. Oriġinarjament mill-Afrika t’Isfel, Lindelwa kienet imħarrġa bħala operatur tal-magni, u kienet ħerqana li ssib xogħol f’dan il-qasam. L-opportunità tagħha ġiet meta pparteċipat fi proġett imsejjaħ Workplace Luleå. Appoġġjat mill-Fond Soċjali Ewropew, il-proġett jgħin lil dawk li, bħal Lindelwa, ikunu għadhom kif waslu fl-Iżvezja biex jirfinaw il-ħiliet tagħhom u jsibu xogħol li jaqbel mal-interessi u l-esperjenza tagħhom bl-aħjar mod. Dan il-proġett biddel il-ħajja ta’ Lindelwa. Issa qed taħdem bħala operatur tal-magni għal kumpanija Żvediża u tinsab ferħana tgħix f’Luleå mar-raġel u t-tifel tagħha. 

Xogħol ġust u protezzjoni soċjali effettiva